Home page in your language:

flag of Austria flag of Belgium flag of Bulgaria flag of Cyprus flag of Czech Republic flag of Denmark flag of Germany flag of Estonia flag of Finnland flag of France flag of Greece flag of Hungary flag of Iceland flag of Ireland flag of Italy flag of Liechtenstein flag of Lithuania flag of Luxembourg flag of Latvia flag of Malta flag of Norway flag of Poland flag of Portugal flag of Romania flag of Spain flag of Sweden flag of Slovak Republik flag of Slovenia flag of The Netherlands flag of United Kingdom

Missjoni

 

Il-kapijiet tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati membri, jiltaqgħu regolarment biex jipprovdu fokus għal tmexxija fi ħdan is-sistema komunitarja tar-regolazzjoni tal-mediċini, u biex jipprovdu forum għall-qsim ta’ idejat fuq kwistjonijiet ta’ interess komunitarju. B’mod partikulari il-grupp:

- Jipprovdi appoġġ għas-sistema Komunitarja permezz tal-provvista ta’ riżorsi professjonali u xjentifiċi ta' kwalità għolja.- Jifformola opinjoni bilanċjata dwar l-operat tal-proċeduri Ewropej u l-implikazzjonijiet fuq ir-riżorsi meħtieġa għalihom fi ħdan l-Aġenziji tal-Istati Membri.- Jipprovdi tmexxija u ħarsa ġenerali tal-proċedura għal Rikonoxximent Reċiproku fis-sistema Ewropea.- Ifassal u jagħti soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi li jinqalgħu fis-sistema li jaffettwaw l-Istati Membri.- Jipprovdi mekkaniżmu biex jiġu kkomunikati  l-opinjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mal-Kummissjoni u mal-EMEA.

Il-Grupp normalment jiltaqa’ darbtejn matul kull presidenza, u l-president jkun dak tal-Istat Membru li għandu l-presidenza, u s-Segretarjat pprovdut mill-Istat Membru. Jekk iċ-ċirkostanzi ma jippermettux imbagħad l-Istati Membri jaqblu fuq President u Segretarjat bejniethom. Ir-responsabbiltà għall-kontinwità hija tal-Kapijiet tal-Aġenziji tal-Istati Membri ta’ dak il-perjodu li huma dawk  li kellhom il-presidenza ta’ qabel, dik attwali u dik li jmiss.

L-awtoritajiet nazzjonali għal Malta huma: